Id-dokumenti tal-ivvjaġġar li għandek bżonn biex taqsam il-fruntiera għal pajjiż ieħor tal-UE, u liema dokumenti għandek bżonn għall-konjuġi, uliedek jew qraba oħrajn jekk dawn mhumiex ċittadini tal-UE.
Informazzjoni dwar il-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa (EHIC) għaż-żjara temporanja tiegħek fi kwalunkwe wieħed mis-27 pajjiż tal-UE.
Informazzjoni prattika, informazzjoni dwar il-politika
Informazzjoni dwar il-liċenzja tas-sewqan u l-assigurazzjoni meta tivvjaġġa barra minn pajjiżek, ir-regoli tat-traffiku u l-kiri ta’ karozza f’pajjiż ieħor tal-UE.
Ir-regoli dwar il-ġarr ta’ annimali, pjanti, alkoħol, tabakk, u flus kontanti meta tivvjaġġa fl-UE.
L-użu tar-roaming daqslikieku qiegħed f’pajjiżek ifisser li tista’ tuża l-mowbajl tiegħek fi kwalunkwe pajjiż tal-UE mingħajr tariffi żejda tar-roaming.
Informazzjoni dwar id-drittijiet tiegħek u x’tista’ tistenna meta tgħaddi mis-sigurtà tal-ajruport, u dwar in-numri ta’ emerġenza.
Ir-regoli tal-UE dwar il-vjaġġi kollox inkluż u forom oħra ta’ vjaġġi kkombinati u t-timeshare, u informazzjoni prattika għall-konsumaturi.
L-ivvjaġġar fi żmien il-coronavirus jista’ jkun ikkumplikat. Iċċekkja l-aħħar informazzjoni dwar ir-restrizzjoni tal-fruntieri, l-apps għat-traċċar tal-kuntatti, l-appoġġ konsulari.