Ikkontribwixxi b’mod attiv għall-ħidma tagħna
Hemm ħafna modi differenti kif tipparteċipa fl-iżvilupp li jkun għaddej tal-politika u l-liġi tal-UE, u kif tista’ tiltaqa’ ma’ uffiċjali ewlenin tal-UE biex taqsam l-ideat u l-opinjonijiet tiegħek.
Kompli aqra biex titgħallem aktar dwar kif tinvolvi ruħek u ssemma’ leħnek dwar il-futur tal-Ewropa.
Minn portal fejn tista’ ssemma’ leħnek, għal informazzjoni dwar l-impjiegi, kif iżżurna, u kif tapplika għal opportunitajiet ta’ finanzjament.
Involviment mal-Kummissjoni dwar il-politika tal-UE
Ipparteċipa b’mod attiv fit-tfassil tal-politiki Ewropej billi taqsam magħna l-fehmiet dwar il-politika u l-liġi tal-UE.
Tista’ ssemma’ leħnek dwar l-inizjattivi tal-Kummissjoni u b’hekk tgħin biex jiġi rfinat ix-xogħol preparatorju dwar il-leġiżlazzjoni tal-UE fi stadji differenti tal-proċess. Il-pjanijiet direzzjonali, l-abbozzi tal-atti, l-atti proposti u adottati normalment huma miftuħin għal perjodi ta’ feedback ta’ 4 ġimgħat.
Il-pjattaforma tal-Involviment taċ-ċittadini hija mod ieħor kif tista’ tinvolvi ruħek. Dan huwa spazju ddedikat biex tinvolvi ruħek u tiddibatti dwar il-politiki tal-UE li jaffettwawna lkoll. Il-persuni jistgħu jipparteċipaw billi jippowstjaw il-kontributi jew billi jikkummentaw jew japprovaw kontributi ta’ oħrajn. Dawn il-kontributi jipprovdu input lill-Panels taċ-Ċittadini Ewropej u jikkontribwixxu għall-proċess tat-tfassil tal-politika Ewropea.
Tista’ tgħin biex jinbdew proposti ġodda. Jekk tixtieq li l-UE tieħu azzjoni dwar kwistjoni partikolari, tista’ tniedi inizjattiva taċ-ċittadini, li titlob lill-Kummissjoni Ewropea tipproponi leġiżlazzjoni tal-UE ġdida dwar dik il-kwistjoni. Tista’ wkoll tressaq petizzjoni biex titlob lill-Parlament Ewropew jinvestiga kwistjoni li taffettwak, jew tilmenta dwar kif qed tiġi applikata liġi tal-UE.
Applikazzjoni għal kuntratti ta’ finanzjament u ta’ sejħiet għall-offerti
Hemm varjetà wiesgħa ta’ opportunitajiet ta’ finanzjament tal-UE li tista’ tapplika għalihom bħala ċittadin jew negozju. Tgħallem kif tapplika billi tiskopri x’għandek tkun taf qabel ma tibda tapplika, kif ukoll informazzjoni dwar min jista’ jikseb il-finanzjament, il-proċess tal-applikazzjoni u l-proċedura tal-għoti.
Uża l-Portal tal-UE għall-Offerti ta’ Finanzjament biex issib liema opportunitajiet huma disponibbli bħalissa, issib sħab jew tissottometti proposta.
Applikazzjoni għall-impjiegi
Jinteressak li taħdem għall-UE? L-UE toffri impjiegi f’diversi kategoriji tal-persunal: uffiċjali permanenti, persunal kuntrattwali u temporanju, esperti nazzjonali sekondati, trainees u oħrajn. L-applikazzjoniijiet għall-impjiegi huma mmaniġġjati mill-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO).
Żurna u attendi l-avvenimenti tagħna
Il-Kummissjoni għandha uffiċċji f’kull pajjiż tal-UE, għalkemm il-biċċa l-kbira tad-dipartimenti jinsabu fi Brussell jew fil-Lussemburgu. Skopri kif tista’ żżur il-Kummissjoni, l-aġenziji eżekuttivi u istituzzjonijiet, korpi u aġenziji oħra tal-UE.
Il-gruppi fuq żjara jistgħu jiskopru r-rwol tal-Kummissjoni u jisimgħu dwar il-politiki ewlenin tagħha mill-persunal tal-Kummissjoni fiċ-Ċentru tal-Viżitaturi fi Brussell. Huma organizzati programmi ta’ informazzjoni għar-rappreżentanti tan-negozju, il-gvern lokali, il-ġurnalisti, il-politiċi, l-istudenti, eċċ.
Experience Europe hi wirja permanenti fi Brussell fejn tista’ ssir taf dwar il-ħidma ewlenija, il-prijoritajiet u l-politiki tal-Kummissjoni Ewropea u dwar il-valuri tal-UE f’ambjent divertenti u interattiv.
Norganizzaw ukoll diversi avvenimenti matul is-sena. Agħti daqqa t’għajn lejn il-lista tagħna ta’ avvenimenti li ġejjin biex tara kif tista’ tieħu sehem.
Agħmel kuntatt magħna fuq il-media soċjali
Nużaw diversi mezzi tal-media soċjali li jintużaw ħafna biex nippreżentaw il-ħidma tagħna. Hemmhekk ukoll tista’ tikkontribwixxi u tinvolvi ruħek f’konverżazzjonijiet u taqsam il-kontenut tagħna.