Mistoqsijiet frekwenti - L-ivvjaġġar bl-annimali tad-dar u annimali oħra fl-UE

LE - Mhux kopert. Il-passaport tal-UE għall-annimali domestiċi huwa biss għall-klieb, il-qtates u n-nemsijiet. Jekk għandek annimali tad-dar oħrajn, tapplika l-leġiżlazzjoni nazzjonali.

IVA - Iċ-ċaqliq ta' speċijiet ta' annimali fil-periklu li jinqerdu - inkluż il-farfett ornithoptera chimaera hu strettament ikkontrollat. Jekk tixtieq tivvjaġġa b'din l-ispeċi, jintħieġlek ċertifikat.

Biex issib jekk għandekx bżonn permess għal dak li trid iġġib lura, iċċekkja l- bażi tad- tal-UE tal-kummerċ tal-annimali selvaġġi en jew ikkuntattja l-awtorità CITES en f'pajjiżek.

Il-kelb tiegħek jista' jintbagħat lura lejn il-pajjiż ta' oriġini tiegħu, jew fi kwarantina (a spiża tiegħek) għat-tul ta' żmien meħtieġ biex jissodisfa l-ħtiġijiet tas-saħħa sa massimu ta' 21 jum jew, bħala l-aħħar alternattiva, il-kelb tiegħek jista' jitraqqad.

IVA - It-trasportatur tal-ajru għandu jittrasporta kelb gwida rikonoxxut fil-kabina tal-ajruplan.

IVA - ċerti speċijiet fil-periklu li jinqerdu u partijiet minnhom huma protetti bil-Konvenzjoni ta' Washington (CITES). Hemm regoli stretti dwar l-importazzjoni tagħhom fl-UE.

Ara l-informazzjoni prinċipali dwar dan is-suġġett

Leġiżlazzjoni tal-UE

L-aħħar verifika: 22/11/2024
Ikkondividi din il-paġna