Eroj
Dan l-artiklu dwar l-istorja huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
L-Eroj huwa personaġġ, raġel jew mara (f'dak il-każ tissejjaħ erojina), li ġeneralment jinzerta wkoll il-protagonista f'numru kbir ta' rakkonti. Fid-diskors popolari hu magħruf bħala l-artist. L-eroj ħafna drabi jkun iħaddan abbiltajiet u karratteristiċi nobbli oħra li jisbqu 'l dawk li jkollu kwalunkwe persunaġġ ieħor.
B'hekk, dan il-karattru jwettaq azzjonijiet straordinarji li jwasslu għal xi għamla ta' ġid u li għalihom jibqa' msemmi. Huma ħiliet fiżiċi kif ukoll mentali. Huwa l-aġent li jaħseb u jwettaq, l-id daqskemm il-moħħ. L-avversarju ta' l-eroj hu l-antagonista li ħafna drabi hu magħruf sempliċement il-kattiv.
Nies u karattri rikonoxxuti bħala eroj
[immodifika | immodifika s-sors]N.B. kulturi diversi jafu jqisu eroj dak li f'kultura oħra huwa l-kattiv, pereżempju George W. Bush u Osama bin Laden, jew Akille u Ettore.
- Akille, Greċja l-klassika
- Aragorn, karattru prinċipali f'The Lord of the Rings ta' J. R. R. Tolkien
- Re Arthur, l-Ingliterra medjevali
- Batman, ir-raġel-pipistrell
- Bilbo Baggins, il-karattur titulari fil-ktieb ta' Tolkien, The Hobbit
- Dalai Lama, awtorità reliġjuża t-Tibet
- Dun Kixott, kavallier ta' l-immaġinazzjoni li jfittex it-tajjeb, il-virtù, l-unur u l-verità
- Dun Mikiel Xerri, qassis Malti xkubettjat fi żmien il-Franċiżi
- El Cid, kavallier Spanjol
- Enea, Ruma l-Qadima
- Erkole, mitoloġija Rumana
- Ettore, Greċja klassika
- Frodo Baggins, il-possessur tal-One Ring fix-xogħol ta' J.R.R. Tolkien, Lord of the Rings
- Mohandas Gandhi, l-attivista non-vjolenti rivoluzzjonarju Indjani
- George Washington, mexxa r-rivoluzzjoni Amerikana
- Giordano Bruno, bniedem mistiku tar-Rinaxximent li ngħata n-nar bħala eretiku
- He-Man, karattru mistħajjel
- Heralda Luxin, mara Ġermaniża li ddefendiet disat itfal Lhud waqt It-Tieni Gwerra Dinjija.
- Hua Mulan, folklor taċ-Ċina
- Ivan Susanin, kampanjol Russu li salva lill-Kżar
- James Bond, aġent sigriet Brittanniku
- James T. Kirk, eroj mis-sensiela Star Trek
- Ġesù, l-Messija mħabbar fir-reliġjonijiet Abrahamitiċi li ssagrifika ħajtu fuq is-salib
- San Ġorġ, eroj tas-mitoloġija Nisranija.
- Jeanne d'Arc, Franza
- Tiradentes, Brażil
- Juan Santamaría, Costa Rica
- Kintaro, folklor Ġappuniż
- Laura Secord, Kanada
- Lord Guan, ġeneral u demi-urgu Ċiniż
- Luke Skywalker, eroj tas-saga epika ta' George Lucas Star Wars
- Mario, protagonista fis-serje Super Mario Brothers
- Nelson Mandela, Afrika t'Isfel
- Momotaro, folklor Ġappuniż
- It-tnax-il paladin ta' Karlumanju
- Stanislav Petrov, uffiċjal militari mill-Unjoni Sovjetika li evita gwerra nukleari dinjija fl-1983
- Piet Hein, pirata Olandiż tas-seklu sittax
- Harry Potter, karattru mistħajjel maħluq minn J. K. Rowling
- Robin Hood, il-Brittanniku leġġendarju tal-Medjuevu li seraq mill-għonja biex jagħtih lill-foqra
- Robert Roy MacGregor, jew Rob Roy, eroj mill-folklor ta’ l-Iskozja tas-seklu 18
- Samwise Gamgee, kumpann ta’ Frodo Baggins f’Lord of the Rings ta’ J.R.R. Tolkien
- Winston Smith, eroj mir-rumanz Nineteen Eighty-Four ta’ George Orwell.
- Spartacus, mexxa r-rivoluzzjoni ta’ l-iskjavi fl-Imperu Ruman
- Spiderman, ir-raġel-brimba
- Captain America, ir-Kaptan Amerika
- Stenka Razin, folklor Russu
- Sun Wukong, eroj mistħajjel mir-rumanz klassiku Ċiniż Journey to the West, u Son Goku (l-karattru prinċipali tal-kartun jew manga Dragon Ball, ibbażat fuq “Journey to the West”)
- Superman, (super-raġel) u l-prototip tas-supereroj
- Thomas Andrews, iddiżinja l-Titanic; qatta’ l-aħħar mumenti ta’ ħajtu jgħin in-nies jitilgħu fuq id-dgħajjes tas-salvataġġ u hu għereq mal-vapur tiegħu
- Toni Bajada, għawwiem Malti ta' żmien il-Kavallieri
- Vasil Levski, eroj nazzjonali Bulgaru
- Wilhelm Tell, l-eroj nazzjonali ta’ l-Iżvizzera
- Wonderwoman, erojina fil-kotba tal-komiks
- Wong Fei-Hung, eroj Ċiniż li kien mgħallem ta’ l-arti marzjali