Min aħna
Dwar il-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ
Il-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ joffri informazzjoni fil-livell Ewropew u nazzjonali dwar l-opportunitajiet u l-inizjattivi li huma ta’ interess għaż-żgħażagħ li qed jgħixu, jitgħallmu u jaħdmu fl-Ewropa.
Il-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ jindirizza liż-żgħażagħ, iżda wkoll lil partijiet ikkonċernati oħra li jaħdmu fil-qasam taż-żgħażagħ (l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, il-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ, dawk li jfasslu l-politika, eċċ.).
L-istruttura tas-sit
Tista’ ssib 4 tipi ewlenin ta’ kontenut fil-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ, u kull wieħed miġbur fi grupp f’sezzjoni speċifika :
● Paġni tematiċi relatati mal-politiki tal-UE dwar iż-żgħażagħ: “Involvi ruħek”
● Paġni tematiċi relatati ma’ opportunitajiet biex tmur barra minn pajjiżek: “Mur barra minn pajjiżek”
● Paġni dwar l-inizjattivi/il-programmi ffinanzjati mill-UE: “Inizjattivi tal-UE”
● Paġna dwar il-politika: “L-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ”
Flimkien ma’ dawn l-4 tipi ewlenin ta’ kontenut, tista’ taqra stejjer u testimonjanzi taż-żgħażagħ, aħbarijiet, u tiċċekkja għall-avvenimenti.
Fit-taqsima “Involvi ruħek”, tista’ ssib artikli dwar iċ-ċittadinanza attiva, minn angoli differenti:
- Id-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ
- Il-parteċipazzjoni demokratika
- Drittijietek u l-inklużjoniIl-parteċipazzjoni taċ-ċittadini
- L-iżvilupp sostenibbli
- #EUYouth4Peace
- Il-fehim interkulturali
- L-Isport
Fit-taqsima “Mur barra minn pajjiżek”, tista’ tibbrawżja l-opportunitajiet differenti relatati ma’:
- L-Istudju
- Il-volontarjat
- It-traineeships
- Ix-xogħol
- L-iskambji bejn l-iskejjel u ż-żgħażagħ
- L-ivvjaġġar
Dawn jistgħu jiġu aċċessati mill-paġna ewlenija jew mill-menù prinċipali.
Fit-taqsima “Inizjattivi tal-UE”, tista’ ssib informazzjoni dwar l-inizjattivi u l-programmi differenti ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea bħall-Erasmus+, il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, DiscoverEU, l-Iskambju Virtwali Erasmus+, u ħafna oħrajn.
Fit-taqsima ��L-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ”, tista’ taċċessa informazzjoni relatata mal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ, li hija l-qafas għall-kooperazzjoni tal-politika tal-UE dwar iż-żgħażagħ għall-2019–2027, ibbażata fuq ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 2018.
Tista’ tuża wkoll l-istrixxa tat-tfittxija biex taċċessa faċilment l-informazzjoni li qed tfittex.
Lingwi
In-navigazzjoni tas-sit web u l-kontenut tagħha huma disponibbli f’sa 28 lingwa. Tista’ tbiddel il-lingwa tal-wiri ta’ paġna fi kwalunkwe ħin billi tikklikkja fuq is-selettur tal-lingwa. Meta tagħmel hekk tkun qed tbiddel ukoll il-lingwa tan-navigazzjoni tas-sit web.
Manutenzjoni tal-kontenut
Il-Kummissjoni Ewropea u n-Network tal-Eurodesk jieħdu ħsieb il-kontenut ta’ dan is-sit web. Għal aktar tagħrif jekk jogħġbok ikklikkja l-buttuna “Avviż Legali” fil-qiegħ ta’ din il-paġna.
Staqsi l-mistoqsijiet tiegħek
Il-Portal jippermetti lill-viżitaturi jressqu mistoqsijiet billi jikklikkjaw il-buttuna “Mistoqsijiet” billi jimlew il-formola bi kwalunkwe lingwa użata fuq il-Portal. It-tweġiba għal dawn il-mistoqsijiet tingħata min-Network tal-Eurodesk.
Feedback
Jekk teħtieġ aktar tagħrif dwar il-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ, jew jekk għandek xi kummenti jew suġġerimenti dwar kif nistgħu ntejbuh, jekk jogħġbok tiddejjaqx tikkuntattjana bl-użu tal-link "Ikkuntattjana" fil-qiegħ ta' kull paġna.
Il-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ huwa inizjattiva tal-Unjoni Ewropea.